Tmint irġiel Sudaniżi u miċ-Chad li l-etá tagħhom tvarja bejn tmintax u wieħed u għoxrin sena ngħataw sentenza ta’ sitt xhur ħabs wara li ammettew li kienu qed iġorru dokumenti leġittimi iżda li mhumiex tagħhom.
L-irġiel ġew arrestati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara titjira minn Bologna u fuqhom kienu qed iġorru wkoll karta tal-identitá Taljana li ma kienitx tagħhom.
Fil-Qorti ntqal li l-irġiel xtraw id-dokumenti x’aktarx mingħand l-istess persuna għal disa’ mitt ewro.