Tliet Somali li l-età tagħhom tvarja bejn l-etajiet ta’ 24 u 26 sena ammettaw li ħebbew u serqu Ungeriż f’San Ġiljan filwaqt li żammewh kontra l-volontà tiegħu u darbuh ħafif.
L-iżgħar mill-irġiel Somali kien akkużat li huwa riċediv filwaqt li raġel ieħor kien akkużat li kiser kundizzjonijiet ta’ sentenza sospiża u li huwa riċediv.
Dan filwaqt li t-tielet wieħed ġie mixli li hedded lill-vittma bil-ġebel.
Il-Maġistrat Doreen Clarke ikkundannathom tnejn mit-tliet irġiel għal erba’ snin ħabs filwaqt li r-raġel li hedded lill-vittma bil-ġebel weħel tliet snin ħabs.