Somalu ta’ 27 sena Abdiaziz Hassan Ibrahim ġie kkundanat 19 il-xahar habs efettivi wara li fil-qorti ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
L-Ispettur Joseph Xerri akkuża lill-imputat li dalgħodu stess f’San Ġiljan volontarjament għamel ħsara fuq propjetà ta’ ħaddieħor u li din il-ħsara li kienet ta’ aktar minn €2,500.
Fil-Qorti wieġeb li f’pajjiżna ma jaħdimx – filfatt akkuża oħra fil-konfront tiegħu kienet li għex ħajja ta’ għażż u ta’ vagabundaġġ.
Huwa ntbagħat fil-faċilità korettiva ta’ Kordin.