Amadou Keita, ta’ tletin sena mill-Mali ġie kkundanna xahrejn ħabs wara li nstab ħati li uża passaport ta’ sieħbu biex iżur Malta u jkun jista’ jġedded id-dokumenti ta’ identifikazzjoni Taljana.
Keita, ammetta l-akkużi miġjuba kontrieh filwaqt li saħaq li kien ilu biex iġedded d-dokumenti tiegħu. Il-maġistrat Donatella Frendo Dimech ma ħallietx dan jimpressjonaha u qalet li jidher ċar li ż-żmien li għamel il-ħabs l-istess akkużat fuq akkużi separati ma kkonvinċewhx biex jobdi l-liġi.
Dan filwaqt li saħqet li s-sigurtà tal-gżira hija parti mill-obbligazzjonijiet tal-istat lejn iċ-ċittadini u għalhekk l-qorti ma tista’ qatt tittollera dawn l-azzjonijiet.