Raġel intbagħat 7 xhur ħabs filwaqt li ġie mmultat wara li ammetta li aggredixxa pulizija waqt il-festa ta’ Ħaż-Żebbuġ,
Fil-Qorti, ġie spjegat li dakinhar tal-inċident fil-11 ta’ Ġunju, Alan Spiteri ġie mistoqsi mill-Pulizija sabiex jersaq ’il bogħod min nar tal-art li kien għaddej fi Triq Sciortino.
Meta Spiteri rrifjuta, l-uffiċjali tal-Pulizija ppruvaw iressquh ‘il bogħod madankollu kien hemm li huwa rreżista u ta bis-sieq filwaqt li beżaq lil min kien madwaru.
Sussegwentament huwa ġie arrestat u ttieħed l-għassa fejn hemm ta daqqa ta’ sieq lil uffiċjal tal-Pulizija.
Waqt dan kollu l-imputat kien fis-sakra.
Fil-Qorti huwa ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih filwaqt li sostna li bilkemm jiftakar dak li kien għamel u għalhekk skuża ruħu.
Huwa ntbagħat 7 xhur ħabs effettivi u ngħata multa ta’ €4,500.