Sherlock Cachia ta’ tnejn u erbgħin sena kien ikkudannat tliet xhur ħabs u mmultat sitt mitt ewro wara li lura fl-elfejn u tlettax inqabad fil-pussess ta’ erba’ pilloli ecstacy fiż-żarbun.
Fil-Qorti ntqal kif l-imputat kellu fedina penali relattivament nadifa u li kienet tinkludi biss ksur tar-regoli tat-traffiku.
L-Ispettur rrakkonta fil-Qorti kif l-akkużat kien qed jaġixxi b’mod suspettuż u kien jidher aġitat. Hekk kif kien se jitlaq minn fuq il-post, il-pulizija staqsewh biex ineħħi ż-żarbun fejn instabu erba’ pilloli blu f’żarbuna minnhom.
Intqal kif l-imputat kien ma’ tliet persuni oħra u waħda minnhom qalet lil Cachia biex iżomm pakkett għaliha u hu qabdu u tefgħu fiż-żarbuna.
Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras innutat li l-akkużat kien jaf li l-pakkett kellu ġo fih sustanza illeċita speċjalment meta l-mara qaltlu li kienet qed tibża’ ġġorrhom hi stess.