Lionel Messi kien ikkundannat 21 xahar ħabs b’rabta ma’ każ ta’ frodi ta’ taxxa. Missieru wkoll intbagħat il-ħabs wara li nstab ħati li froda lill-awtoritajiet Spanjoli miljuni ta’ ewro ta’ taxxa u t-tnejn li huma jridu jħallsu miljuni ta’ ewro f’multi.
Peró x’aktarx Messi ma jagħmilx mument wara l-ħadid taċ-ċella għax fi Spanja wieħed jista’ jservi sentenza ta’ sentejn ħabs permezz ta’ probation. Messi dejjem qal li ma kien jaf xejn dwar l-affarijiet finanzjarji tiegħu għax hu kien iffokat jilgħab il-football.