Kuntrattur u impjegat tiegħu instabu responsabbli għall-mewt ta’ żewġ nisa, wara li ġġarraf blokk ta’ appartamenti f’San Pawl il-Baħar 18-il sena ilu.
Il-Qorti tal-Appell sabet li t-tiġrif seħħ minħabba xogħol li kien għaddej maġenb il-blokka, liema xogħol kienu qed iwettqu l-kuntrattur Pawlu Demicoli u l-impjegat tiegħu Kevin Bonnici. Mary Zarb ta’ 60 sena u Nadya Vavilova, Russa ta’ 24 sena, kienu flimkien waqt li ż-żagħżugħa kienet qed titgħallem il-Malti f’lezzjoni privata mingħand il-mara.
Fl-2009, kienet ingħatat sentenza ta’ tliet snin ħabs lill-kuntrattur, u ta’ 18-il xahar lill-impjegat tiegħu. Iż-żewġt’irġiel kienu appellaw din id-deċiżjoni.
Il-Qorti tal-Appell issa sabet lit-tnejn li huma ħatja li kkaġunaw mewt ta’ żewġ persuni minħabba negliġenza jew nuqqas ta’ ħila fix-xogħol. Bugeja ngħata sentejn ħabs filwaqt li Bonnici weħel sitt xhur.