Sykou Ballde, Afrikan li stupra tfajla Maltija, sentejn ilu f’Paceville intbagħat disa’ snin ħabs u kien immultat €11,000. Ballde, li kien hem mumenti fejn ħarab mill-kustodja tal-pulizija, iffaċja tnax -il akkuża.
Dan mhux l-ewwel każ quddiem il-ġustizzja għar-raġel mill-Guinea li fl-imgħoddi kien mixli wkoll li sawwat prostituta. Dak li daħal f’Malta bħala immigrant illegali kien inqabad jistupra t-tfajla minn pulizija tar-Rapid Intervention Unit li kienu qed jagħmlu r-ronda.