Erba’ Sudaniżi li wieħed minnhom għadu taħt l-età weħlu sentenza ta’ ħabs wara li ppruvaw jaħarbu bil-Katamaran u ntbagħtu lura pajjiżna.
L-akkużati ammettew għall-akkużi miġjuba kontrihom u l-Qorti kkundannat lill-minorenni għal tliet xhur ħabs filwaqt li t-tliet Sudaniżi l-oħra weħlu erba’ xhur ħabs.