Raġel kien ikkundannat 22 xahar ħabs wara li ammetta li bejn Ġunju u Awissu tal-2016 seraq total ta’ sitt mobiles minn Paceville.
Catalin Gabriel Cirliganeu ammetta li dan kollu ġara f’ żewġ każi separati, u li dawn il-mobiles jammontaw għal madwar elfejn ewro.
Kien akkużat ukoll li huwa riċediv wara li fl-elfejn u tlettax ingħata sentenza ħabs sospiża għal sentejn wara li ukoll tressaq il-Qorti fuq serq.
Meta l-Qorti kkunsidrat dan kollu kien konkluż li l-imputat għandu jservi għal tnejn u għoxrin xahar ħabs.