Hamada Wajeeh Mohamed Taha Almobayed, Palestinjan ta’ disgħa u tletin sena weħel tliet snin u seba’ xhur ħabs wara li fil-Qorti ammetta li għen jew ta pariri biex jidħlu persuni f’Malta kontra l-liġi.
Fil-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Charmaine Galea, l-akkużat kien arrestat b’rabta ma’ bejgħ ta’ passaporti u permessi ta’ residenzi foloz.