L-eks Ewroparlamentari ħabiba ta’ Simon Busuttil, Lara Comi kellha ’l fuq minn nofs miljun ewro sekwestrati hekk kif qed taffaċċja akkużi relatati ma’ frodi.
It-taqsima għar-reati ekonomiċi tal-pulizija f’Milan fl-Italja wettqu s-sekwestru l-Ħamis filgħodu. Skontċ l-akkuża, l-ewroparlamentari Taljana flimkien mas-suspettati l-oħra allegatament ħadu fondi mill-Parlament Ewropew billi ddikjaraw li kien qed jagħmlu xogħol ta’ assistenza mal-ħabiba ta’ Simon Busuttil. Madankollu dan ix-xogħol qatt ma sar u minflok parti sostanzjali mis-somma kienet tkun mogħtija lil Comi u lil missierha.
Comi hija ħabiba sew ta’ Simon Busuttil u l-Ewroparlamentari Nazzjonalisti. Fil-fatt, f’filmat li kienet għamlet lura fl-2017 hija tirreferi għal Simon Busuttil u David Casa bħala l-ħbieb tagħha.
Hija kienet appellat, “Votare Simon, votare al mio amico Busuttil.
Con l’amico David Casa e tanti altri …”
Fil-filmat hija kienet appellat lil Maltin sabiex jivvutaw lil Partit Nazzjonalista mmexxi mill-ħabib tagħha Simon Busuttil. Dan hekk kif din kienet tikkritika ħafna lill-pajjiżna u għalhekk kienet tgħin lil Busuttil u l-ewroparlamentari Nazzjonalisti fl-argumenti tagħhom ta’ ħsara kontra pajjiżna.
Madankollu, is-sena l-oħra hija ġiet arrestata minħabba l-akkużi ta’ tixħim u użu ħażin ta’ fondi pubbliċi. Fost l-akkużi Comi kienet ġiet akkużata li tat żieda ta’ tliet elef ewro lil impjegat tagħha bl-arranġament li elfejn ewro minnhom kellu jgħaddihom lill-partit Forza Italia. Fil-filmat li fih tidher tirreferi għal Simon Busuttil u David Casa bħala ħbieb tagħha hija dehret tawgura lill-Partit Nazzjonalista.
Hija qalet, “Forza al Partito Nazzjonalista.”