Il-kelba tal-Prim Ministru Joseph Muscat, Ħabiba, ġiet innominata għal premju tal-midja soċjali flimkien ma’ 90 persuni oħra li ġew innominati għall-istess premju – liema premju hu tal-ewwel xorta tiegħu f’Malta.
Fost dawk innominati nsibu lil Ħabiba, lil Nas Daily u lil Ira Losco fost bosta oħrajn.
Dawn il-premji se jkunu qed jittellgħu bl-isem ta’ Lovin Malta Social Media Awards bil-għan li jiċċelebraw persuni, kampanji u komunitajiet li sebħu l-midja soċjali permezz ta’ kontenut matul is-sena 2018.
Wara li kien hemm aktar minn 6,000 applikazzjoni, b’kollox ġew magħżula 90 finalist f’20 kategorija. Issa hu f’idejn il-pubbliku biex jivvotaw onlajn u jgħażlu lil min jixtiequ li jingħata l-premju mistħoqq.
Ħabiba tinsab fil-kategorija “L-aqwa Pet” flimkien ma’ Nunu, ShiroSuki, Titti the Diving Dog u Lulu u Moz.
Best Pet: Ħabiba, Nunu, ShiroSuki, Titti the Diving Dog and Lulu and Moz.
Il-votazzjoni se jkun qed isir fuq is-sit: www.thelovinawards.com, bil-votazzjoni se tkun qed tingħalaq fit-30 ta’ Jannar.