Il-ħabib tal-Eġizzjan li nqatel f’Għawdex lura f’Jannar tal-2018 qal li jinsab dispjaċut li ma weġibx telefonata tal-vittma ġurnata qabel il-każ.
Dan ħareġ meta fil-Qorti ta’ Għawdex kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Aleksander Stojanovic ta’ tnejn u erbgħin sena, li qiegħed jiġi akkużat li qatel lil Walid Salah Abdel Motaleb Mohammed.
Il-vittma kien nstab b’għonqu mħanxar f’għalqa ġewwa l-Għarb.
Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech tela’ jixhed Derrick Vella, li mbikkem qal li huwa jinsab ċert li l-Eġizzjan ried ikellmu għax kien jinsab fl-inkwiet.
Huwa qal ukoll li qatt ma ra lill-Eġizzjan jieħu d-droga iżda jaf li kellu l-problemi mal-Pulizija.