Raġel li allegatament attakka żewġt irġiel b’sikkina f’Paceville l-Erbgħa li għadda qed jinżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Mohammed Misrati mill-Libja li jgħix is-Swieqi u li għandu 26 sena tressaq il-Qorti akkużat li attakka żewġt irġiel għall-ħabta tat-3.30 ta’ filgħodu fi Triq id-Dragonara f’San Ġiljan.
Uffiċjali minn Transport Malta qalu lill-pulizija li raw raġel twil jarmi sikkina.
Is-suspettat ġie arrestat mill-pulizija li rnexxielu jsib l-arma li ntużat waqt l-attakk.
Jidher li wieħed mill-irġiel li kien involut fl-attakk, kien ħabib fuq facebook mal-akkużat.
Il-Maġistrat Aaron Bugeja sal li f’każ ta’ din ix-xorta, il-piena tista’ tlaħħaq bejn sentejn u seba’ snin.
L-istess maġistrat ma laqax it-talba għall-ħelsien mill-arrest.
L-avukati Franco Debono u Marion Camilleri qed jiddefendu lill-akkużat.