Żagħżugħ ta’ dsatax –il sena li ħabat f’ħames karozzi f’San Ġwann, fl-ewwel jum tas-sena x’aktarx kien taħt l-effett ta’ sustanzi anke jekk mhux xurban skont il-limiti li tistabilixxi l-liġi.
Abdimajid Noor Ismael tressaq il-qorti akkużat li saq b’mod perikoluż, li seraq mobile u li kkawża ħsara b’mod volontarju, fost oħrajn.
L-Ispettur li ressqu qal li t-test tan-nifs wera li kien taħt il-limitu li tippermetti l-liġi f’dak li hu xorb alkoħoliku, iżda hawn nibet suspett li kien taħt l-effett tas-sustanzi. Saħansitra l-akkużat qal li ma jiftakarx x’għamel.
Fil-Qorti s-Somalu wieġeb mhux ħati u l-avukat difensur talbet ħelsien mill-arrest anke biex l-akkużt ma jitlifx l-impjieg li għandu. Il-prosekuzzjoni m’oġġezzjonatx u l-ħelsien ingħata fuq garanzija personali ta’ elf ewro u li l-kundizzjoni li jiddepożita l-karta tal-identita u l-passaport il-qorti. Hu jrid jiffirma l-għassa u ma jibdilx l-indirizz ta’ fejn jgħix.