Fil-Parlament l-Onorevoli Silvio Schembri staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi jistax jara li tittieħed azzjoni sabiex isiru tined fuq l-istages mill-Belt għal-lokalitajiet ta’ Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ.
Il-Ministru wieġeb li fil-preżent, qed jiġu ppreparati l-applikazzjonijiet sabiex jiġu sottomessi lill-Awtorita’ tal-Ippjanar bil-għan li jigu installati Bus Shelter Canopies fiż-żoni B u C tal-Bus Terminus ġewwa il-Belt Valletta.
Fost oħrajn, dawn iż-żoni jinkludu l-Bus Bays wżati mir-rotot ta’ Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ.