Raġel li lura fl-2011 ta n-nar lil bieb ta’ residenza f’Ħal Qormi żdiditlu s-sentenza bi tmintax-il xahar wara appell mill-Avukat Ġenerali.
Martin Marco Baldacchino, kien qabbad il-bieb bi flokk mimli petrol waqt li fid-dar kien hemm xi persuni.
Fl-appel tiegħu l-Avukat Ġenerali qal li fl-2016, l-imputat ġie ikkundannat erba’ snin u nofs priġunerija li hija inqas mill-minimu stabbilit bil-liġi.
Dan għaliex il-liġi Maltija tgħid li l-minimu ta’ att vandalu bħal dan huwa ta’ sitt snin u b’massimu ta’ 12-il sena l-ħabs.
B’hekk il-Imħallef Edwina Grima biddlet is-sentenza tal-akkużat għal sitt snin u issa dan se jkollu jirritorna l-ħabs biex ikompli jiskonta s-sentenza l-ġdida.