Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis flimkien mal-Kap Eżekuttiv tad-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità Dr Renzo
Degabriele, nieda servizz ġdid ta’ konsultazzjoni tal-psikjatrija għall-anzjani fil-komunità.
Anthony Agius Decelis qal li “l-politika ta’ dan il-gvern hi mfassla fuq il-prinċipju tal-anzjanità attiva fost l-anzjani.
Hu għalhekk li l-impenn tagħna hu ffukat fuq li l-anzjani jkollhom is-sapport u ssostenn neċessarju biex kemm jista’ jkun jibqgħu jgħixu fil-komunità li jkunu trabbew fiha. B’hekk irridu li l-anzjani tagħna wkoll ikollhom aċċess għal kura ħolistika.”
Dr Renzo Degabriele spjega li dan is-servizz se jgħin lil dawk l-anzjani li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali u li ma jistgħux jaċċessaw servizzi ta’ kura ta’ saħħa mentali minħabba li ma jistgħux
joħorġu minn djarhom.
Is-servizz ta’ konsultazzjoni tal-psikjatrija għall-anzjani fil-komunità se jagħti pariri lill-professjonisti tal-CommCare u tad-Dementia Intervention Team fuq anzjani li jesperjenzaw problemi ta’ saħħa mentali. Anzjani li ma jkunux jistgħu jagħmlu użu mis-servizz ta’ psikjatrija f’ebda entità oħra, għax ma jkunux jistgħu joħorġu minn djarhom, ikunu jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz ta’ psikjatra flimkien mal-professjonisti li jkunu qed isegwu l-każ.
Kriterji ta’ eliġibbiltà:
Anzjani li għandhom ’il fuq minn 60 sena u li qed jgħixu fil-komunità;
Qegħdin jesperjenzaw problemi ta’ saħħa mentali;
Ma jistgħux joħorġu mid-dar biex jattendu kliniċi ta’ outpatients. L-anzjani se jiġu identifikati mill-CommCare u mid-Dementia Intervention Team u se jintalab ċertifikat mediku mingħand it-tabib tal-familja. Tobba tal-familja jistgħu wkoll jirreferu anzjani b’dawn il-problemi b’konsultazzjoni mal-CommCare. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jaċċessa s-sit tad-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità: https://activeageing.gov.mt jew iċempel fuq 2258 9393. Qegħdin jesperjenzaw problemi ta’ saħħa mentali.
Ma jistgħux joħorġu mid-dar biex jattendu kliniċi ta’ outpatients. L-anzjani se jiġu identifikati mill-CommCare u mid-Dementia Intervention Team u se jintalab ċertifikat mediku mingħand it-tabib tal-familja. Tobba tal-familja jistgħu wkoll jirreferu anzjani b’dawn il-problemi b’konsultazzjoni mal-CommCare.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jaċċessa s-sit tad-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità: https://activeageing.gov.mt jew iċempel fuq 2258 9393.