Raġel li ilu għaddej bil-każ il-Qorti għal iktar minn ħamsa u għoxrin sena weħel sena ħabs sospiża għal tliet snin filwaqt li ġie ordnat jirrifondi eluf ta’ ewro li kien ħa m’għand kumpanija.
Christopher Cassar kien mixli li ħa sitta u erbgħin elf u ħames mitt ewro mingħand il-kumpanija Alf Mizzi & Sons.
Fil-Qorti nstema’ kif l-akkużat kellu problemi fiż-żwieġ, ħarab minn Malta għal xi żmien u allegatament kienu jieħu l-flus minħabba li kienu heddewh li joqtlulu lil martu u lil ibnu.
Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras innutat ukoll bidlijiet fix-xhieda li kien ta l-akkużat.