Simon Busuttil li huwa mdawwar bl-inċertezza, ħa deċiżjoni ħazina taħt pressjoni li wasslet għal vot kontra Malta. Qal dan il-Partit Laburista fi stqarrija.
Żied jgħid li filwaqt li statisti barranin bħal Donald Tusk, aġenziji ta’ kreditu bħal Fitch, Moody’s u DBRS fost l-oħrajn, ifaħħru lil Malta u jgħidu li pajjiżna huwa ta’ eżempju, il-Kap tal-Oppożizzjoni minn Malta u sħabu fl-Ewropa, fosthom l-MEP’s tiegħu, issoktaw jippruvaw jagħtu l-gambetti lil Malta fid-dagħdiha negattiva u bitter li għandhom.
Agħar minn hekk Simon Busuttil qed jieħu gost b’dan kollu, minkejja li kontra Malta għax jinsab mheddi b’logħob partiġġjan.
L-interess Nazzjonali għal Simon Busuttil spiċċa mal-Gvern li kien jagħmel parti minnu hu, minkejja li kien hemm elementi fil-Partit tiegħu bħal Ray Bugeja li qalulu jagħmel mod ieħor, dan bil-kontra ta’ kif mexxa l-Partit Laburista li kien appoġġja;
- Lil Louis Galea minkejja li kien tqassam dossier kwar il-każ tal-awżiljari u każijiet oħra
- Lil John Dalli minkejja li sarulu diversi akkużi
- Lil Tonio Borg minkejja li kien għamel dikjrazzjonijiet kontra persuni omosesswali
Kap tal-Oppożizzjoni serju li jaspira li jafdawh in-nies ma jimxix hekk.