Gżira Utd ikkwalifikaw għat-tieni round tal-UEFA Europa Conference League hekk kif il-Ħamis filgħaxija għelbu lil Glentoran FC tal-Irlanda ta’ Fuq 15-14 bil-penalties.
Il-logħba li ntlagħbet f’The Oval Stadium ta’ Belfast intemmet fi draw ta’ 1-1 u kienu l-penalties li ddeċidew ir-riżultat finali. Gżira li kienu ġejjien minn draw ta’ 2-2 f’Ta’ Qali ġimgħa qabel.
Kienu Gżira li marru fil-vantaġġ fis-66minuta permez ta’ Lucas Macula.
Wara ħafna ħin mogħti żejjed mit-referee, l-avversarji għamlu l-iskor 1-1 permezz ta’ Burns.
Fil-ħin barrani l-iskor baqa’ ma nbidilx u għalhekk kienu l-penalties li ddeċiedew ir-rebbieħ.
Kienet maratona ta’ 23 penalty, b’dak deċiżiv ġie salvat mill-goalkeeper Cassar biex b’hekk ta r-rebħa lil Gżira u l-kwalifikazzjoni għar-round li jmiss.
Fir-round li jmiss Gżira jiltaqgħu kontra Dudelange tal-Lussemburgu bl-ewwel leg tintlagħab f’Malta.