Gżira United Veterans rebħu s-Super Cup organizzata mill-Veterans Malta Football Association meta fil-finali għelbu liċ-champions preżenti MFPA 10-4.
Il-Gżirjani b’tim imsaħħaħ sabu ruħhom 3-1 minn taħt iżda wettqu reazzjoni furjuża sabiex ħasdu liċ-champions u eventwalment ħadu l-ewwel unur tal-istaġun.
L-eks internazzjonali Malti Andrew Cohen kien l-eroj għal Gżira meta skorja erba’ gowls b’Alex Muscat li wettaq tripletta. Dino Cachia, Gilbert Camilleri Lowell u Arthur Oyama skorja aktar gowls għat-tim tagħhom.
MFPA sabu x-xibka permezz ta’ tliet gowls ta’ Aleksandar Ribic u Jonathan Bondin.
Fi tmiem il-konfront, membru mill-kumitat tal-VMFA Chris Fenech ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Gżira United Alex Muscat.
Gżira United Veterans: Matthew Towns, Alex Muscat, Andrew Cohen, Dino Cachia, Gilbert Camilleri Lowell, Jamie Pace, Kevin Vella, Roderick Sciberras, Trevor Cilia, Artur Oyama, Jonathan Pearson, Ryan Fenech.
MFPA: Reuben Gauci, Alexander Ribic, Branko Nisevic, Carlo Mamo, Jonathan Bondin, Michael Mifsud, Roderick Bajada, Mark Zammit, Manuel Sevasta, Stephen Wellman.
Referee: Gjorgji Bitri