Gżira United ġew megħluba 4 – 0 fl-ewwel leg ta’ kwalfikazzjoni tal-UEFA Ewropa League meta fis-Serbja Radnicki Nis skurjaw erba’ goals biex prattikament issa għandhom sieq waħda fit-tieni rawnd.
L-avversarji ħarġu jfittxu l-goal kmieni tant li wara 14-il minuta marru fil-vantaġġ grazzi għal Radovan Pankov bl-ewwel taqsima tintemm 1 – 0. Nermin Haskic għamilhom tnejn wara tmien minuti fit-tieni taqsima bis-sostitut Marko Mrkic żewġ minuti wara jagħmilhom tlieta.
Fl-aħħar ħames minuti Haskic reġa’ sab ix-xibka għat-tieni darba personali u r-raba’ darba għat-tim.
Il-logħba tar-ritorn tintlagħab nhar il-Ħamis 19 ta’ Lulju fis-Centenary Stadium.