Gżira United irnexxilhom jikkwalifikaw għat-tieni rawnd tal-UEFA Ewropa League meta l-Ħamis irnexxilhom jegħlbu lill-Hajduk Split bl-iskor ta’ 3-1.
Wara telfa ta’ 2-0 f’pajjiżna l-Maroons kellhom kwalfikazzjoni ferm aktar diffiċli u għalhekk ilbieraħ bdew b’deficit ta’ żewġ goals. Wara seba’ minuti logħob Bassel Jradi poġġa lit-tim Kroat fil-vantaġġ biex sal-ewwel taqsima l-iskor baqa’ ma nbidilx.
Ir-rimonta tat-tim Malti mmexxi minn Giovanni Tedesco bdiet ma’ kważi siegħa logħob meta Jefferson għamel l-skor 1-1.
Fil-69 minuta, Kone poġġa lill-Gżira United għall-ewwel darba fil-vantaġġ bl-istess plejer jissiġġilla r-rebħa u kwalfikazzjoni storika fil-96 minuta bit-tielet gowl.
Sadinitant, iż-żewġ timijiet l-oħra li kienu fl-azzjoni ilbieraħ, jiġifieri Hibernians u Balzan ġew eliminati mill-kompetizzjoni.