Gżira United Veterans baqgħu jżommu l-konsistenza fil-VMFA Cisk Premier League hekk kif għelbu liċ-champions MFPA 6-2. Il-Maroons kienu ferm tajbin tul din il-partita sabiex ħadu dak li riedu iġifieri t-tliet punti. Sebastian Nayar u Justin Grioli skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Kevin Sammut u Kurt Maxi Magro żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom. Mark Barbara u Manuel Sevasta skorjaw il-gowls tal-Malta Football Players Association.
Floriana baqgħu jsegwu lir-rivali tagħhom b’punt wara li għelbu lil Żurrieq Wolves 4-2. Gianluca Calabretta wera l-kwalitajiet tiegħu meta skorja doppjetta personali filwaqt li Christian Cassar u Renato Conceicao żiedu aktar gowls għall-Greens. Iż-Żrieraq kellhom lil Clarence Thompson u Kevin Vella li naqqsu l-marġni tal-iskor.
Hibernians kisbu r-raba’ rebħa staġjonali wara li għelbu lil Rabat Veterans 5-4. Beppe Antignolo kien ta’ ispirazzjoni għall-Pawlisti meta skorja tripletta filwaqt li Clayton Micallef u David Azzopardi wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers. Andre Scicluna skorja żewġ gowls filwaqt li Adam Smeir u Ibrahim Tarek baqgħu jagħtu xaqq ta’ tama għar-Rabtin.
KLASSIFIKA – VMFA CISK PREMIER LEAGUE – Gżira United 43, Floriana 42, Birkirkara St Helen’s 30, MFPA 29, Rabat 20, Hibernians, Żurrieq Wolves 12, Żejtun Red Stars 0.