Gżira United baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika tal-VMFA Cisk Premier League hekk kif għelbu lil Hibernians 6-2. Fl-istess waqt huma bdew it-tielet round bl-aqwa mod possibbli. Din kienet it-13-il rebħa minn 15-il partita għall-Maroons li kienu fil-kontroll tal-logħba għal ħafna ħin. Il-plejer Arġentin Sebastian Nayar skorja tripletta filwaqt li Jonathan Pearson, Kevin Sammut u Daniel Mariano Bueno wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers. Ilia Nazarov u Adrian Lanzon skorjaw għall-Pawlisti.
Floriana baqgħu jsegwu lill-avversarji tagħhom wara skor ta’ 3-0 kontra Żejtun Red Stars. Iċ-champions MFPA irritornaw għar-rebħ wara li għelbu lil Rabat Veterans 7-3. Manuel Sevasta u Stephen Wellman skorjaw doppjetta kull wieħed b’Mark Barbara, Luke Cauchi u Aleksandar Ribic li komplew iżidu l-iskor għat-tim tagħhom. Ibrahim Tarek, Joseph Caruana u Adam Smeir skorjaw il-gowls ta’ konsolazzjoni għal Rabat Veterans.
Birkirkara St Helen’s kisbu rebħa tajba ta’ 5-3 kontra Żurrieq Wolves. Kienet logħba bejn żewġ timijiet li ma kellhom l-ebda pressjoni u għalhekk il-konfront kien wieħed pjaċevoli. Il-plejer Kolombjan Federico Marine skorja tripletta b’Jean Pierre Mifsud Triganza u Firas Aboulezz li niżżlu isimhom fil-ktieb tal-iskorers. Għal Żurrieq Wolves skorjaw Kevin Vella, David Farrugia u Beppe Muscat.
KLASSIFIKA – VMFA CISK PREMIER LEAGUE – Gżira United 40, Floriana 39, MFPA 29, Birkirkara St Helen’s 27, Rabat 20, Żurrieq Wolves 12, Hibernians 9, Żejtun Red Stars 0.