Gzira U. ħasdu lil Sliema W. meta għelbuhom bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-goal għalihom jasal lejn tmiem il-partita, biex b’hekk rebħu d-Derby tax-Xatt.
Kienu Sliema li ħolqu l-ewwel periklu fis-seba’ minuta meta Geoffrey Acheampong għadda pass fit-tul lejn Mohamed Awad iżda x-xutt tiegħu intemm ftit barra. Huma komplew jiddettaw il-logħob u fid-19-il minuta Gustavo Alcino kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu salvata tajjeb mill-goalkeeper ta’ Gzira, Cain Formosa.
Gzira wieġbu fil-21 minuta permezz ta’ freekick ta’ Thiago Espindola li għadda għoli.
Fit-33 minuta xutt ta’ Faysal Hassany għall-Maroons intemm għoli. Erba’ minuti wara Sliema tilfu ċans tajjeb ta’ skor meta Vito Plut għadda tajjeb lejn Awad li żmarkat kellu x-xutt tiegħu jintemm barra,
Fis-66 minuta cross-shot insidjuż minn Adam magri Overend għall-Wanderers ġie mxellef minn Formosa, biex ħadd mill-players ta’ Sliema ma rnexxielu jagħmel kuntatt mal-ballun.
Il-Maroons skorjaw il-goal tar-rebħa fit-83 minuta meta Thaylor Aldama xeħet cross fil-baxx mil-lemin u wara taħwida fill-kaxxa, FAYSAL HASSANY, mill-viċin tefa’ ġewwa u poġġa lill-Gzira fil-vantaġġ.
Gzira komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita b’Sliema ftit li xejn kellu ċans jagħmlu reazzjoni għal dan il-goal.
Referee: Ezekiel Barbara
Plejer tal-Logħba: Myles Beerman (Sliema W.)