Gżira ċkejkna remota ‘l barra mill-kosta ta’ Sqallija bdiet tagħti donazzjoni mas-sitt mitt mogħża li jinsabu jgħixu fuqha.
Dan hekk kif fuq il-ġżira Alicudi, hemm iktar mogħoż milli bnedmin, hekk kif il-popolazzjoni fuq din il-ġżira hija biss ta’ mitt ruħ.
F’intervista, is-Sindku Riccardo Gullo qal li l-mogħoż kienu qed joħolqu ‘tensjoni’ fost il-komunità lokali, hekk kif kienu qed jagħmlu ħerba fl-ambjent, jidħlu fid-djar tan-nies u jieklu l-uċuħ tar-raba’ tagħhom.
B’hekk ħareġ bl-idea li jagħti dawn il-mogħoż lil kull min iridhom.
Il-pjan jidher li qed ikun ta suċċess hekk kif din il-gżira rċeviet numru ta’ offertti mir-reġjuni ċentrali u ta’ Tramuntana fl-Italja.
Filwaqt li l-offerta tiskadi fl-10 ta’ April, m’hemm l-ebda restrizzjonijiet fuq min jista’ japplika għall-mogħoż jew xi limitu fuq kemm wieħed mill-annimali selvaġġi jista’ jitlob.