Fil-jiem li għaddew, ġew uffiċjalment inawgurati padel court u gym f’Ħaż-Żebbuġ.
Il-klabb tal-futbol ta’ Zebbug Rangers Football Club, irnexxilu jdawwar area abbundunata f’gym u padel court sabiex ir-residenti u tal-madwar ikunu jistgħu jagħmlu użu minn dawn il-faċilitajiet.
L-objettiv wara dan l-investiment hu l-klabb jkompli jkabbar l-operat tiegħu filwaqt li jintroduċi prattici ta’ sports ġodda u moderni. Dan l-investiment sewa ‘il fuq minn €60 elf ewro.
L-inawgurazzjoni uffiċjali saret mill-President tal-klabb Joseph Pace fil-preżenza tal-membri tal-kumitat tal-stess klabb. Preżenti għal dan il-ftuħ kien hemm ukoll il-Ministru għall-Inklużjoni, l-Volontarjat u d-drittijiet tal-konsumatur Julia Farrugia Portelli kif ukoll l-Arċipriet tal-lokal Dun Albert Buhagiar li bierek dawn il-faċilitajiet ġodda.