Uffiċjal għoli militari Amerikan sostna li gwerra kontra l-Korea ta’ Fuq tkun waħda katastrofika.
Il-Ġeneral Joseph Dunford għadda dawn il-kummenti waqt żjara fiċ-Ċina.
Dan wara li l-battibekki verbali bejn Kim Jong Un tal-Korea ta’ Fuq u Donald Trump tal-Amerka naqsu fl-aħħar jiem.
Aktar qabel il-President Amerikan irrikonoxxa li Kim Jong Un ħa d-deċiżjoni t-tajba li għalissama jattakkax territorju Amerikan.
Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq kien hedded li jispara missili li jinżlu viċin il-gżira ta’ Guam, territorju tal-Istati Uniti.