Il-Mexxej tal-Lburisti Ingliż Jeremy Corbyn keċċa lil Hilary Benn minn shadow minister għall-affarijiet barranin.
Skont The Observer, wara sitt xhur tensjoni bejniethom, Corbyn neħħa lil Hilary Benn fis-sigħat bikrija ta’ dalgħodu wara telefonata animata bejniethom.
Huwa allegat li Benn sejjaħ lil shadow ministers oħra jżommu miegħu jekk ikun hemm vot ta’ sfiduċja f’Jeremy Corbyn u dan jagħżel li jinjora dawn il-passi kontrih. Allegat ukoll li Benn ħeġġeġ lil sħabu politiċi fi ħdan il-Partit Laburista Ingliż jissiebħu miegħu u jirriżenjaw jekk Corbyn ma jirrispettax vot ta’ sfiduċja.