Hija magħrufa bħala l-Barka tal-Papa u ħafna jistennewa anke għaliex jieħdu gost jisimgħuha bil-Malti.
Nhar il-Milied filgħodu, ħafna Maltin bħal miljuni oħra madwar id-dinja, isegwu l-Barka Urbi et Orbi li l-Papa jagħti lin-nazzjonijiet kollha.
Din il-barka bdiet tiġbed iktar interess mill-Milied tal-1980 ‘l hawn għax minn dik is-sena l-Papa Ġwanni Pawlu II beda jagħti l-awguri tiegħu ukoll bl-ilsien Malti.
L-istazzjonijiet televiżivi ewlenin Maltin kollha jxandru dirett it-trażmissjoni tal-Barka minn Pjazza San Pietru fil-Vatikan.