Il-Gvern se jibqa’ joffri direzzjoni ċara lill-pajjiżna, anki minkejja l-inċertezza internazzjonali.
Qal dan il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela waqt laqgħa mal-General Workers’ Union.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hawnhekk Dr Abela qal lill-uffiċjali tal-General Workers’ Union li ma’ Gvern Laburista jibqgħu jafu fejn qegħdin.
Il-Prim Ministru qal kif dawn l-aħħar sentejn minkejja l-isfida tal-pandemija sar diversi ftehimiet kollettivi ma’ diversi ħaddiema.
Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union Josef Bugeja rringrazzja lill-Prim Ministru talli kien ta’ spalla mal-ħaddiema u n-negozji waqt pandemija.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm il-Ministru Clyde Caruana u l-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield.