Dan il-Gvern mhux qed jistrieħ fuq ir-riżultati li kiseb s’issa, anzi qed jistinka biex ikompli jikser ir-rekords storiċi ta’ tkabbir ekonomiku, ħolqien t’ impjiegi u investimenti barranin.
F’ għeluq ġimgħa fejn pajjiżna kiseb riżultati tajbin immens, b’ sodisfazzjon il-Prim Ministru Joseph Muscat f’ kollegament telefoniku fuq One Radio tkellem dwar l-investiment Amerikan fil-manifattura li tħabbar din il-ġimgħa. “Ilu ma jkun hawn dan it-tip t’ investiment fil-manifattura f’ pajjiżna minn meta ġiet l-SGS- dik hija l-unika kumpanija li nistgħu inqabbluha mal-Crane” qal il-Prim Ministru.
L-investiment Amerikan huwa xhieda ta’ kif il-gvern ħares li jġib investiment mill-kontinenti kollha.
Pajjiżna qieħed f’ sitwazzjoni, stqarr il-Prim Ministru, li tant kemm qed joħloq postijiet tax-xogħol, li qed joħloq xogħol mhux għall-Maltin biss imma anka għal nies oħra li jiġu fostna. “Aħna rridu li iktar Maltin jingħataw iktar taħriġ għax aħna rridu li dawn ix-xogħlijiet imorru għand il-Maltin” spjega l-Prim Ministru li saħaq li dan huwa l-mod kif il-gvern qed jipprova jtejjeb l-għixien tan-nies u jikkumbatti l-faqar.
Gvern li jieħu deċizjonijiet għall-qasam soċjali
“Kellna sodifazzjoni kbir mhux biss li naqqasna r-rata tal-faqar, imma li naqqasna n-nies li qegħdin fil-faqar b’ 10,000”- riżultat ta’ gvern li jġib il-ġid u jqassmu aħjar qal Joseph Muscat.
Qasam li jmur id f’ id mal-ġlieda kontra l-faqar huwa l-housing soċjali. Hawnhekk il-Prim Ministru għamel referenza għall-waiting lists enormi tal-housing li wiret minn gvern preċedenti. Il-Prim Minsitru sostna li jifhem li hawn familji li ma jistgħux ilaħħqu mal-kirjiet u li l-gvern qed jieħu l-passi dwar dan.
Hawnhekk għamel referenza għall-€50 miljun mill-Bank għall-Investiment Ewropew li se jmorru kollha biex jinbnew postijiet ġodda tal-housing.
In-nies għandhom raġun jipprotestaw għall-aċċess f’ Manoel Island
Il-Prim Ministru stqarr li in- nies li qed jipprotestaw għall-aċċess għall-baħar ta’ Manoel Island għandhom raġun għaliex l-izviluppatur mgħandux dritt jagħlaq l-aċċess għall-foreshore.
Joseph Muscat irrimarka kif inhu interessanti li f’25 sena l-gvern preċedenti qatt ma ħa ażżjoni fuq dan kollu u kellu l-gvern biex malli saret ir-rikjesta tas-sindku Laburista tal-Gzira, ħa azzjoni.
“Mill-Partit Nazzjonalista baqgħu bir-raġun- ħadd ma ħa azzjoni u min fuq attakka lis-sindku Laburista tal-Gzira għall-azzjoni li ħa.”
Il-Prim Ministru temm jgħid: “aħna sodisfatti li aħna qed nuru li dan huwa gvern pro-business, iżda anka gvern pro-sens komun u pro- ċittadin u fl-aħħar mill-aħħar aħna pro-Malta f’ dak kollu li nagħmlu”.
Isma’ l-intervent tal-Prim Ministru hawn.