F’konferenza tal-aħbarijiet li fiha ħabbar attività ta’ ċelebrazzjoni għax se jibqa’ fl-Oppożizzjoni, Simon Busutttil qed ikompli juri aktar minn qatt qabel kemm huwa parti mill-elite u l-establishment, maqtugħ min-nies u mheddi fil-logħob partiġġjan minflok f’dak konkret.
Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li b’differenza, dan il-Gvern se jibqa’ għaddej b’ħidmietu biex iwettaq aktar mizuri u inċentivi għall-familji u n-negozji.
Il-Partit Laburista spjega li filwaqt li Busuttil qed jifraħ għax se jibqa’ f’minoranza ċara fil-Parlament, hekk kif dan il-Gvern għandu maġġoranza ċara ħafna u inekwivoka, Gvern ta’ Joseph Muscat se jkompli jagħti kontijiet orħos għall-famiji, childcare b’xejn, żieda fil-pensjonijiet u l-istipendji, l-in-work benefits u għadd kbir ta’ mizuri oħra.