“L-Oppożizzjoni magħrufa għal-logħob partiġġjan. Għall-fini ta’ korrettezza dawn huma l-fatti.”
Fi stqarrija mill-Partit Laburista ntqal li l-Prim Ministru llejla mar fil-Parlament lest biex jagħmel Stqarrija Ministerjali fejn jaġġorna l-Kamra tar-Rappreżentanti bil-fatti stabbiliti sa issa marbut mal-każ li seħħ ilbieraħ fil-barracks tal-Armata f’Ħal Safi.
Intqal li l-Oppożizzjoni lanqas dan ma riedet tisma’ għax moħħha biss biex tipprova tiskorja l-punti politiċi anki fuq każ sensittiv u serjissmu li għandu jkun hemm konsensus ġenerali dwar l-importanza li kull min għandu imqar nitfa’ involviment fir-reat, jaffaċċja l-ġustizzja u jħallas għal għemilu.