It-tkabbir tal-ekonomija wassal biex fost oħrajn ġie msaħħaħ is-servizz tas-saħħa, li meta ssejjaħ biex jagħti l-mija fil-mija tiegħu erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, irrisponda bil-kbir.
Dan skont analiżi tal-gazzetta it-Torċa, li spjega kif in-nefqa rikoerrenti fuq is-saħħa rdoppjat, minn €326 miljun fl-2012 għal €637 miljun fl-2019.
Bejn l-2005 u l-2012 il-ħaddiema tas-saħħa żidedu biss b’erba mija u sbatax f’seba’ snin. taħt Gvern Laburista, fl-istess ammont ta’ snin żdiedhom b’elf disgħa mija u erbgħa. Din tfisser żieda ta’ kważi ħames darbiet
Il-gazzetta nnutat ukoll li taħt Gvern Laburista żdiedu l-infermiera b’1,024, id-doppju tal-498 infermier li ddaħħlu taħt Gvern Nazzjonalista fis-seba’ snin ta’ qabel.
Filfatt taħt Gvern Laburista qed jiddaħħal infermier ġdid kull tliet ijiem.
Żdied ukoll il-baġit għas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, minn 7 miljun ewro fl-2012 għal 12-il miljun ewro din is-sena.
Żieda ta’ iktar mid-doppju kienet dik fil-pagi fis-settur pubbliku, minn €149 miljun għal €310 miljun. Żdiedu wkoll il-pagi individwalment għall-infermier. Dan fl-2013 kien jaqla’ ftit iktar minn dsatax-il elf ewro iżda illum jaqla ftit iktar minn 23 miljun ewro.
Kien hemm ukoll investiment kapitali qawwi fis-settur tas-saħħa. Is-sena l-oħra biss kien hemm nefqa ta’ 49 miljun ewro, kemm għal bini kif ukoll għal makkinarju ġdid. Din in-nefqa fl-2019 hija tliet darbiet tal-ispiża fl-aħħar sena ta’ gvern nazzjonalista.
Dawn l-investimenti joħorġu biċ-ċar fi stastika tal-Eurostat li turi li pajjiżna jonfoq 3% tal-prodott domestiku gross fuq is-saħħa, rata doppja tal-medja ewropea.
Biex b’hekk pajjiżna illum għandu l-ogħla rata ta’ tkabbir fin-numri ta’ ħaddiema fis-saħħa, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fil-privat. Fil-fatt pajjiżna f’seba’ snin żied il-ħaddiema b’40% waqt li fl-Italja u Spanja ż-żieda kienet għaxar darbiet inqas. Meta mqabbel mal-Ġermanja u r-Renju Unit, pajjiżna kellu żieda erba’ darbiet ikbar.
Dan se jwassal biex skont studju internazzjonali fl-agħar tal-pandemija pajjiżna hu mistenni li juża biss 45% tar-riżorsi massimi fil-qasam tas-saħħa.
Dan filwaqt li pajjiżi oħra bħar-Renju Unit, se jkollu nuqqas ta’ 21 elf ventilatur. Fi Franza, se jkun hemm nuqqas ta’ 5,000 ventilatur.
L-għaqal ta’ pajjiżna fis-settur tas-saħħa qiegħed iħalli l-frott. Minkejja l-kritika u t-tfixkil tal-oppożizzjoni f’dan is-settur fl-aħħar snin, il-gvern seta jaffaċja din l-ikbar sfida tal-Coronavirus bl-akbar setturi tas-saħħa fl-istorja ta’ pajjiżna.