F’artiklu ta’ opinjoni minn mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela fuq il-gazzetta MaltaToday fil-ħarġa tagħha tal-Ħadd, iddeskriviet il-baġit 2025 bħala xhieda ta’ Gvern li għandu qalbu fil-post it-tajjeb.
Dan b’pataflun ta’ miżuri, fosthom it-tnaqqis fit-taxxa u ż-żieda fiċ-childrens allowance, li se jolqtu l-ħajja ta’ diversi familji Maltin u Għawdxin.
Dr Lydia Abela tkellmet dwar xi ħaġa ferm għal qalbha, hekk kif din is-sena infetaħ il-hub ta’ Santa Luċija, għall-vittmi ta’ vjolenza domestika. Hawnhekk qalet kif bħalissa qed isiru pjanijiet biex jinfetaħ hub ieħor fl-Imtarfa.
Dr Lydia Abela semmiet kif vittmi li jkollhom it-tfal, bi qraba anzjani jew b’diżabilità, issa se jkunu pprovduti b’servizz ta’ childcare jew servizzi ta’ carer meta jkollhom bżonn li jattendu sessjonijiet tal-Qorti jew terapija.
Aċċennat li dawn huma miżuri li verament itejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ dawk l-aktar fil-bżonn.
Fl-artiklu semmiet ukoll il-kwistjoni tas-saħħa mentali f’pajjiżna. Fil-fatt, il-baġit li ġie ppreżentat fit-28 ta’ Ottubru li għadda, se jkun qed jara l-introduzzjoni ta’ proġett pilota għal sessjonijiet b’xejn fil-kunsilli lokali u servizzi tal-ewwel għajnuna fil-komunità.
Dr Abela qalet kif l-inizjattiva ta’ sitt xhur gym b’xejn għaż-żgħażagħ hija wkoll inizjattiva li tinċentiva stil ta’ ħajja aktar sagħan.
Irrimarkat kif sa din is-sena, fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, ħlief l-Irlanda, prodotti menstruwali tan-nisa kienu jiġu intaxxati. Però issa, fil-każ tan-nisa Maltin u Għawdxin, dan se jinbidel. Fil-fatt spjegat li din l-inizjattiva għandha tgħin lin-nisa u bniet, partikolarment dawk bi dħul baxx.