26 ta’ Marzu 2022. Tliet snin ilu, il-poplu ħareġ jivvota f’elezzjoni ġenerali u l-Partit Laburista kiseb l-akbar rebħa elettorali fl-istorja ta’ Malta sovrana.
Malta flimkien vvotat għall-futur sabiħ. Il-poplu vvota għal pjan ippreżentat mill-Partit Laburista, immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela. ‘Malta Flimkien’: minn elf proposta għal elf kisba.
Il-politika soċjali baqgħet ta’ prijorità għall-Gvern Laburista ta’ Dr Robert Abela. Il-pensjonijiet u ċ-Children’s Allowance żdiedu sena wara l-oħra. Dan filwaqt li, fil-baġit għal din is-sena, il-Gvern ukoll ta l-akbar tax cut fl-istorja.
Fl-aħħar tliet snin, Gvern Laburista sab sfida oħra dik tal-Gwerra fl-Ukrajna, li wasslet għall-kriżi tal-enerġija madwar l-Ewropa u ż-żieda qawwija fl-inflazzjoni. Iżda Gvern Laburista żamm stabbli l-prezzijiet tal-enerġija u l-fuel, fost oħrajn, u anke introduċa miżuri, bħal ‘Stabbiltà’, li naqqsu sew l-inflazzjoni.
Fl-istess ħin, xorta kompla bi proġetti ta’ infrastruttura u żvilupp madwar il-pajjiż, tant li, fl-aħħar tliet snin, ħadem fuq bosta spazji miftuħa ġodda biex jitgawdew mill-familji Maltin u Għawdxin.
F’perjodu bi gwerer fl-Ukrajna u l-Lvant Nofsani, fil-fora internazzjonali, Malta b’mod kostanti għaddiet il-messaġġ tal-paċi u d-djalogu favur is-sliem. Kemm fis-siġġu mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda kif ukoll fil-Presidenza tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, l-OSCE.
Tliet snin ta’ Gvern Laburista.
Tliet snin ta’ deċiżjonijiet favur il-Maltin u l-Għawdxin kollha.