Għal darba oħra, Gvern immexxi minn Robert Abela qiegħed ikun minn ta’ quddiem nett sabiex jimbotta ‘l quddiem aktar riformi u tibdiliet intiżi sabiex jgħinu lin-nies, lill-familji u lil kull min għaddej minn sitwazzjoni li tirrikjedi l-għajnuna. Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.
Spjega kif bil-preżentazzjoni tal-abbozz ta’ liġi jemenda l-kundizzjonijiet tad-divorzju, se jitneħħa kull xkiel legali fil-proċess sabiex dak li jkun jikseb id-divorzju iżda aktar importanti, qed jiġu indirizzati r-realtajiet tal-familji Maltin u Għawdxin.
Qal kif għal kontra tal-Oppożizzjoni, dan il-Gvern imexxi ‘l quddiem dawn l-abbozzi ta’ liġijiet u riformi b’konvinżjoni u mhux għall-konvenjenza politika.
L-istqarrija tgħid kif dan huwa Gvern li qed jibqa’ jġib il-bidliet li jgħoddu għall-familji Maltin u Għawdxin għax jinsab man-nies u mhux maqtugħ mir-realtà.
Il-PL temm jgħid li Gvern Laburista se jissokta b’aktar tibdil u rifomi fl-interess tal-Maltin u l-Għawdxin.