Gvern Laburista ta l-aqwa ftehim għall-edukaturi. Ftehim b’żidiet u titjib qawwi fil-kundizzjonijiet tagħhom.
Dan qalu l-Partit Laburista, fi stqarrija b’reazzjoni għal dikjarazzjoni tal-Partit Nazzjonalista li qal li l-Gvern mhux juri rispett lejn l-edukaturi.
Hu kompla li t-titjib, li bdew igawdu l-għalliema f’pajjiżna din is-sena, hu bil-maqlub ta’ dak li kien jiġri fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti meta ftehim settorjali mal-edukaturi mhux biss kien xi ħaġa rari, iżda kien ta ftehim li ma jiskadix u, għalhekk, quddiem ir-realtajiet ġodda kien iħallihom lampa stampa.
Dan kif ġie kkonfermat mir-rappreżentanti tal-edukaturi nfushom.
“Il-Partit Nazzjonalista u Bernard Grech huma l-uniċi li jridu jagħmlu sarima u akkost ta’ kollox qed jipprovaw jaraw kif il-poplu ma jkunx informat kif se jolqtu l-Baġit, għax lil min tafu tistaqsix għalih,” temmet tgħid l-istqarrija tal-Partit Laburista.
AQRA AKTAR: