Il-kandidat tal-Partit Laburista għall-Parlament Ewropew, Fleur Vella, insistiet li hu biss Partit Laburista mill-gvern li jista’ jwettaq ġustizzja.
Dan f’diversi oqsma fosthom dak tal-immigrazzjoni.
F’attivita politika f’Ħaż-Żabbar, Vella tkellmet dwar kif illum hemm immigranti li ħasbu li se jiksbu l-ġenna u minflok sabu xi ħaġa totalment differenti. “Saħansitra llum qed isibu gvernijiet f’pajjiżi oħra li lanqas l-obbligi umanitarji tagħhom ma jridu jonoraw,” qalet Vella fid-diskors tagħha.
Tenniet li l-Unjoni Ewropja bis-serjetà trid tieħu rwol iktar attiv biex ma tħalliex iktar gwerrer iseħħu biex jitħaxxnu il-bwiet ta’ min jimmanifattura l-armi. L-Unjoni Ewropea għandha anke tara x’bidliet tista’ tagħmel biex ma jkunux inċentivati prodotti li huma riżultat ta’ sfruttament f’pajjiżi minn fejn toriġina l-immigrazzjoni.
Vella esprimiet il-ħsieb tagħha li Malta jista’ jkollha rwol biex issir din il-bidla. Bl-irwol pożittiv li jista’ jkollha Malta reġa’ kien evidenti f’dawn l-aħħar ġimgħat meta kienet strumentali biex intlaħaq ftehim fi kwistjoni mill-iktar sensittiva.