Il-Partit Liberali Kanadiż immexxi minn Justin Trudeau se jżomm f’idejh it-tmexxija tal-pajjiż, iżda minħabba distakk elettorali pjuttost żgħir bejn iż-żewġ partiti ewlenin, il-Prim Ministru elett se jkun kostrett jifforma Gvern b’minoranza.
Fl-elezzjoni tat-Tnejn li għadda l-Liberali kisbu madwar 157 siġġu parlamentari, 13 anqas mill-maġġoranza. Il-Partit Konservattiv rebaħ il-maġġoranza tal-voti tal-pubbliku, tant li se jżidu 95 siġġu ieħor fil-Parlament, biex issa r-rappreżentanza tiegħu se tlaħħaq il-121.
Il-Partit Demokratiku mmexxi minn Jagmeet Sing mistenni jikseb 24 siġġu Parlamentari, filwaqt li l-Bloc ta’ Quebec mistenni jikseb 32 siġġu.
B’kollox il-Kanada se jkollha 338 Membru Parlamentari fil-Leġiżlatura l-ġdida.
Ritratt: BBC News