Fl-ewwerl reazzjoni tiegħu għall-miżuri li tħabbru fil-budget għas-sena d-dieħla, il-President tal-MUT Marco Bonnici laqa’ l-mod kif fil-budget kien hemm enfasi fuq l-effett tal-pandemija fuq l-edukazzjoni u l-miżuri li se jkompli jittieħdu.
Faħħar ukoll l-għajnuna li ser tingħata lit-tfal bħal dik ta’ Autism Unit fil-klassijiet.
Semma l-konsistenza fl-ippjanar, fosthom fil-bini tal-iskejjel li baqa’ għaddej sena wara sena u issa wkoll qed naraw bini ta’ skejjel oħra. B’Bonnici jiddeskriviha bħala xi ħaġa essenzjali.