L-aħbar li ħabbar il-bieraħ Joseph Muscat hija waħda li fost il-ħafna aħbarijiet pożittivi li pajjiżna qed jikseb taħt dan il-Gvern. Hija aħbar li ser tkompli tiġġenera akatar u aktar xoghol f’pajjiżna u ser tkompli tkabbar l-ekonomija tagħna. Iżda l-ikbar ċertifikat kien li l-investituri sejjħu lil dan il-Gvern bħala tim effiċjenti. Dan juri biċ-ċar li x-xogħol siewi ta’ dan il-Gvern, l-effiċjenza u d-determinazzjoni twassal biex tinkoragixxi l-barranin jinvestu f’pajjiżna.
Kif spjega tajjeb il-Prim Ministru Jopseh Muscat, biex wieħed jifħem il-kobor ta’ dan l-investiment tal-Crane Currency, il-kumpannija li tistampa l-flus, wieħed jista’ jqabbel dan ma żmien meta giet f’Malta l-SGS. B’hekk b’dan il-paragun, wieħed jifhem tassew dak li rnexxielu jġib dan il-Gvern għal pajjiżna.
F’dawn it-tlett snin wieħed irid jammetti li pajjiżna nbidel. Ix-xogħol issaħħah u l-investiment barrani qabad ritmu tajjeb ferm. Pajjiżna qed joħroġ il-potenzjal tiegħu u l-Poplu Malti qed juri t-talenti tiegħu. Potenzjal li kien qed jiġi mfixkel mil-Gvern preċedenti, li ma kienx kapaci jqabbad il-magna biex pajjiżna jirnexxi.
Dan huwa li ried il-poplu Malti fl-aħħar elezzjoni. Ried Gvern li ma jkunx tal-klikka iżda ried li jimbotta lil pajjiżna ‘l quddiem biex il-mutur ekonomiku ta’ pajjiżna jaqbad.
Il-Malti ma jridx minn jibgħatlu ċ-ċekk fl-aħħar tax-xahar talli ma jkun għamel xejn, iżda l-Malti jrid li jkun hawn Gvern b’saħħtu li joħloqlu x-xogħol, biex il-ħaddiem juri l-kapaċitajiet tiegħu f’kull qasam.
Dan huwa dak li qed nesperjenzaw bħalissa f’pajjiżna. Il-Prim Ministru jiġġieled u jistinka biex iġib l-investiment f’pajjiżna għax jaf ukoll li dan huwa poplu bieżel, matur, bilghħqal u li jrid jirnexxi.
Dan kollu jġib fix-xejn il-kliem bla sustanza tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni li fuq il-Fosos jumejn ilu. Ma kienx kapaci jgħamel proposta waħda sura. Kliem ta’ kap li donnu ried inessi lil kulħadd it-tbażwir u tgerfix li ħalla l-partit tiegħu stess fl-aħħar leġislatura.
Busuttil kien jifforma parti mil-Gvern ta’ qabel, li quddiem għajnejħ ra Ministri tiegħu jixxaħmu u jikkorompu rwiehom, u li qatt ma ttieħdu passi mil-istess kap tal-partit. Tant hu hekk li fil-meeting tal-Fosos, Busuttil ma ried lil ħadd mil-ex ministri tiegħu stess warajh biex ma jfakkarx lin-nies bil-ħerba li kienu għamlu.
Inzerta kellu bilfors izomm ħdejh lil DeMarco u lil Fenech Adami, li wkoll abbużaw sew mil-poter meta l-partit tagħhom kien fil-Gvern, u saħansittra stanaw. Iżda li ma riedhomx jidru warajh ma jfissirx li mhux komdu jaħdem magħhom. Ħalliehom kollha hemm u komdu jaħdem maghhom. Dan ifisser li Busuttil m’huwiex kapaċi jiehu deciżjonijiet f’għajnejn il-korruzzjoni u f’għajnejn min jixxaħħam. Nikkonkludu li l-PN għadu bl-istess nies, bl-istess mentalità u moħħu biss fil-klikka.
Il-futur ta’ pajjiżna huwa sabiħ. Futur li jagħtik kuraġġ, determinazzjoni u impenn biex tkun suċċess. F’dan il-pajjiż hawn nifs ġdid, nifs nadif. Pajjiżna qed jirnexxilu jilħaq il-miri li dan il-Gvern kien għatxan għalihom. Miri li jsarrfu f’ġid għalina lkoll u għall- ġenerazzjoni ta’ warajna.