Il-Gvern Messikan iddeċieda jestradixxi il-kap tad-droga bl-isem ‘Guzman’, magħruf bhala ‘El Chapo’ lejn l-Istati Uniti. Skont il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin dan se jseħħ wara li ngħatat garanzija li mhux ser jaffaċja l-piena kapitali.
Fl-Istati Uniti se jaffaċja akkużi ta’ traffikar tad-droga, ħasil ta’ flus u qtil. L-avukat ta’ El Chapo qalu li se jappellaw mid-deċizjoni, li jfisser li l-każ jista’ jieħu iżjed tul.
El Chapo, ikkunsidrat ‘l-Alla tad-drogi’, inqabad f’Jannar ta’ din is-sena, sitt xhur wara li rnexxielu jaħrab permezz ta’ kanal li ħaffer miċ-ċella tiegħu. Wara dan, l-awtoritajiet Messikani bagħtuh f’ħabs li jmiss mal-fruntiera tal-Istati Uniti, u minn hemm spiċċa estradit lejn l-Istati Uniti.
Qabel ħarab mill-ħabs, El Chapo kien diġa ħarab darb’oħra u dam ma’ nstab għal kważi għaxar snin.