Ftit wara li tela s-sit www.simonbusuttil.com, xi ħadd għamel rapport legali mal-hosting providers, u ġie tterminat il-hosting service.
Biex issa, jekk trid tidħol fis-sit, ma tistax.
Is-sit bilkemm dam seba’ sigħat li ma safax irrapportat b’dan il-mod, u bħas-soltu ħadmu id f’id fuq is-suġġett Simon Busuttil u Daphne Caruana Galizia. Busuttil tkellem dwar is-sit, li nħolqot wara li hu nesa jirreġistra d-domain b’ismu stess, taħt it-tinda f’Ħaż-Żebbuġ. Daphne Caruana Galizia ħarġet tattakka kemm tiflaħ lill-hosting providers, meta ma kinux huma li ħarġu bil-kunċett wara s-sit.
Bħas-soltu, tattika ta’ tfigħ ta’ tajn fil-konfront ta’ kull min b’xi mod joffri servizz lill-Partit Laburista. Speċjalment meta tqis li ma kinux huma li ħarġu bil-kunċett wara s-sit, ma rreġistrawx id-domain huma, u lanqas għamlu d-disinn huma.
Il-kunċett kardinali jibqa’ wieħed. Lil Simon dejqu l-fatt li fuq is-sit kien hemm xenarju ipotetiku ta’ kif jista’ jkun il-Kabinett tal-Minsitri, per eżempju, jekk hu jkun fil-Gvern. Kien hemm ukoll realtajiet li, għalkemm b’ton satiriku, joħorġu r-realtajiet fi ħdan il-koalizzjoni ta’ konfużjoni.
Ma naqsux lanqas nies li fuq Facebook għarfu l-ironija tas-sitwazzjoni.