Ġuvnott ta’ ħmistax-il sena bi storja twila ta’ problemi ta’ mġieba, ammetta li hedded u ffastidja lil ommu.
It-tifel, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, għandu każijiet oħra pendenti quddiem il-ħabs tat-tfal marbuta ma’ mġieba vjolenti.
L-Ispettur Audrey Micallef akkużatu li kkawża biża’ f’ommu li ħa tintuża vjolenza fuqha, li ffastidjaha fil-preżenza t’oħtu ż-żgħira, li nsultaha u li heddidha.
Quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, id-Difiża talbet għar-rapport ta’ qabel tingħata s-sentenza u li l-akkużat jingħata l-ħelsien mill-arrest sakemm dan isir.
Il-Qorti ma sabitx qbil dwar ħarsien alternattiv fiż-żmien stipulat u għaldaqstant, l-akkużat inżamm arrestat fil-ħabs tat-tfal sakemm ikunu disponibbli servizzi oħra ta’ ħarsien tat-tfal.